Home One News Jinżamm arrestat wara li seraq mill-istabbiliment tal-ikel li kien jaħdem fih

Jinżamm arrestat wara li seraq mill-istabbiliment tal-ikel li kien jaħdem fih

8
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 31 sena inżamm taħt arrest minkejja li wieġeb mhux ħati li seraq flus minn stabbiliment tal-ikel li jaħdem fih.Michael Wubshet Bekel mill-Ethiopia residenti San Ġiljan u li jgħin fil-kċina tal-istabbiliment Carob Tree food court kien akkużat b’offiża kontinwa wara li seraq minn stabbiliment fl-istess food court.

Dan filwaqt ukoll li seraq minn persuna oħra li jaħdem fl-istess stabbiliment.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, madankollu il-prosekuzzjoni argumentat li l-Qorti fadlilha tisma’ x-xhieda mingħand persuni li jaħdmu mal-akkużat, u li hemm r-riskju li dawn jistgħu jkunu influwenzati.

B’hekk il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima, ordnat li l-akkużat jinżamm taħt arrest u jittieħed fl-isptar Monte Karmeli peress li qabel il-każ l-akkużat kien qed jieħu trattament mingħand psikjatra.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here