Home Newsbook Jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti għall-iffriżar tal-embrijuni

Jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti għall-iffriżar tal-embrijuni

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa b’mod unanimu approva l-protokoll għall-fertilizzazzjoni addizzjonali. Dan ifisser li fil-prattika se jibda l-proċess tal-iffriżar tal-embrijuni.

Dan tħabbar fi stqarrija tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn qal ukoll li permezz ta’ dan il-protokoll l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni se jkollha s-setgħa li tawtorizza l-fertilizzazzjoni ta’ aktar minn żewġ bajdiet sa massimu ta’ ħamsa.

Din il-liġi kienet daħlet fis-seħħ f’Ġunju li għadda iżda permezz ta’ dawn ir-regolamenti, jekk ikun hemm aktar minn żewġ embrijuni li żviluppaw mill-fertilizzazzjoni, jinħareġ il-permess għall-iffriżar.

Il-Gvern fi stqarrija qal li d-deċiżjoni ta’ kemm jiġu ffertilizzati bajd se tittieħed każ b’każ minn tim multidixxiplinarju fi ħdan il-klinika tar-riproduzzjoni artifiċjali.

Il-Ministru Fearne qal li jinsab kuntent li qegħdin pass eqreb biex aktar Maltin isiru ġenituri.

The post Jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti għall-iffriżar tal-embrijuni appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here