Home One News Jgħid li ġie miċħud mid-drittijiet fundamentali waqt li kien il-ħabs

Jgħid li ġie miċħud mid-drittijiet fundamentali waqt li kien il-ħabs

3
0
SHARE
Advertisement

Charles Muscat magħruf bħala l-Pips li lura fl-1999 instab ħati ta’ qtil, qed isostni li ġie miċħud mid-drittijiet fundamentali tiegħu wara li s-Servizzi Sigrieti semgħu konversazzjonijiet tiegħu fuq it-telephone mill-ħabs.Kien f’Diċembru tal-2001 li investigazzjoni tal-Pulizija bl-għajnuna tas-Servizzi Sigrieta waslet biex interċettat ammont konsiderevoli ta’ droga kokaina u Cannabis mill-Olanda.

L-investigazzjoni permezz ta’ telefonati interċettati mill-ħabs uriet li persuni f’Malta kellhom x’jaqsmu mal-importazzjoni ta’ din id-droga, b’wieħed minnhom ikun Muscat.

Dan wassal għall-interċettazzjoni tad-droga u Muscat kien sussegwement akkużat b’importazzjoni, traffikar u pussess ta’ droga.

B’hekk issa Muscat qed jitlob lill-Qorti Ċivili sabiex tiddikjara li d-drittijiet fundamentali tiegħu kienu miksura.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here