Home Net News Il-prezz tal-proprjetà fir-Renju Unit jonqos f’nuqqas ta’ ftehim konkret dwar il-Brexit

Il-prezz tal-proprjetà fir-Renju Unit jonqos f’nuqqas ta’ ftehim konkret dwar il-Brexit

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvernatur tal-Bank tal-Ingilterra wissa lill-Kabinett Britanniku li nuqqas ta’ ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-Brexit għandu jirriżulta, fost oħrajn, f’daqqa kbira ’l isfel fil-prezzijiet tad-djar u theżżiża sinifikanti oħra għall-ekonomija tar-Renju Unit.

Il-Gvernatur, Mark Carney, qal dan waqt laqgħa mal-Ministri Britanniċi ewlenin f’Downing Street (Londra) fejn kienu diskussa s-sogri tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, mingħajr pjan strutturat jew ‘ħjiel ta’ organizzazzjoni’.

F’din is-sitwazzjoni, l-agħar xenarju għandu jinvolvi tnaqqis drastiku fil-prezz tal-proprjetà, bil-prezzijiet tad-djar kapaċi jinżlu b’madwar 35 fil-mija fuq perjodu ta’ tliet snin.

L-aħħar twissija ta’ Carney hi simili għall-kummenti preċedenti mill-Bank tal-Ingilterra fid-dawl tal-Brexit. Dan meta l-bank qed imexxi proċeduri magħrufa bħala stress tests biex jara jekk is-sistema bankarja tiflaħx ‘għat-theżżiż estrem fis-settur finanzjarju’.

L-aħħar stress test – fejn il-bank jistabbilixxi sistema ta’ parametri ’l hinn minn dak li jista’ jseħħ taħt ċirkustanzi normali u raġjonevoli — kien sar f’Novembru u fejn ingħad li fl-agħar xenarju ta’ wara l-Brexit, id-djar fir-Renju Unit jistgħu jitilfu 33 fil-mija mill-valur.

Mark Carney għadu kemm qabel li jkompli fir-rwol ta’ Gvernatur tal-Bank tal-Ingilterra sal-2020.

The post Il-prezz tal-proprjetà fir-Renju Unit jonqos f’nuqqas ta’ ftehim konkret dwar il-Brexit appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here