Home Newsbook Il-pjan tal-Ombudsman ippreżentat lill-Ispeaker

Il-pjan tal-Ombudsman ippreżentat lill-Ispeaker

8
0
SHARE
Advertisement

L-Ombudsman Parlamentari Anthony Mifsud ippreżenta kopja tal-Ombudsplan għas-sena 2019, li jipprovdi lill-Kamra tad-Deputati rendikont tax-xogħol li jkun sar u li qed isir mill-uffiċċju tiegħu.

Mifsud ippreżenta dan id-dokument lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia. Dan id-dokument jagħti wkoll ħjiel ta’ dawk l-impenji li l-istess uffiċċju jkun beħsiebu jidħol għalihom matul is-sena 2019.

Barra minn hekk, id-dokument huwa mod kif jiġu allokati l-fondi lill-Ombudsman biex isiru l-pjanijiet. Dan il-proċess jirrikjedi l-konsiderazzjoni tad-dokument mill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex wara jgħaddi għall-approvazzjoni tal-Kamra tad-Deputati.

The post Il-pjan tal-Ombudsman ippreżentat lill-Ispeaker appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here