Home Newsbook Iktar xita f’Awwissu milli f’Diċembru

Iktar xita f’Awwissu milli f’Diċembru

3
0
SHARE
Advertisement

Għalkemm Awwissu ra 312-il siegħa xemx, jidher li niżlet aktar xita f’Awwissu, bi 53.8mm ta’ xita, milli f’Diċembru, li ra 35mm ta’ xita.

Infatti, l-medja tat-temperaturi f’Awwissu kien 0.7°C inqas mis-soltu, li jista’ jiġi spjegat bil-fatt li x-xita s-soltu tkessaħ l-ajru.  It-temp sabiħ ġie interrompat minn ħames maltempati u sitt ġranet ta’ xita, u għalhekk inġema’ 53.8mm ta’ xita. Dan l-ammont huwa iktar minn dak ta’ Diċembru, hekk kif Diċembru ra biss 35mm.

Fost mill-ikbar maltempati kien hemm tal-5 t’Awwissu, li ra dulluvju t’ilma fit-toroq Maltin u Għawdxin.

L-14 t’Awwissu, fil-festa ta’ Santa Marija, ra taħlita ta’ xita, ragħad u riħ jolqot lill-gżejjer. F’din il-ġurnata ġiet irreġistrata l-akbar buffura ta’ riħ għax-xahar, li kienet qed tonfoħ b’veloċità ta’ 34 knot mill-Grieg it-Tramuntana.

The post Iktar xita f’Awwissu milli f’Diċembru appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here