Home Newsbook Għawdxija tirrappreżenta lill-Kunsill tal-lingwa tas-sinjali fin-Nazzjonijiet Magħquda

Għawdxija tirrappreżenta lill-Kunsill tal-lingwa tas-sinjali fin-Nazzjonijiet Magħquda

6
0
SHARE
Advertisement

Huwa importanti li ngħarfu u nippromovu l-użu tal-lingwa tas-sinjali bħala mezz ta’ kif wieħed jikkomunika u jkun aċċessibli għal persuni li għandhom nuqqas ta’ smigħ. Annabelle Xerri, minn Għajnsielem, Għawdex, u li hija ċ-ċerperson tal-Kunsill tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija qalet li persuni li m’għandhomx problema bis-smigħ għandhom ikunu bilingwali, iġifieri jkunu kapaċi jużaw kemm il-lingwa mitkellma kif ukoll il-lingwa tas-sinjali.

Annabelle iltaqgħet ma Rachel Shenton, il-moħħ wara l-film qasir The Silent Child li ġie muri waqt diskussjonijiet li saru f’Ġinevra, l-Isvizzera. Xerri qalet kif iddiskutew u tkellmu dwar l-aċċessibiltà, l-inklużjoni u kif il-film joħroġ l-importanza tal-użu tal-lingwa tas-sinjali.

Ir-rappreżentant tal-istess għaqda, George Vella tkellem ukoll dwar l-aċċessibiltà li wieħed jikseb permezz tal-lingwa tas-sinjali filwaqt li qal li għandu jibda jintuża networking ma pajjiżi barranin biex Malta tkompli tieħu spunti minn dak li għamlu komunitajiet oħra li għandhom nuqqas ta’ smigħ, kif ukoll biex dak li kisbet Malta jkun jista’ jiġi promoss ma’ pajjiżi oħra.

Il-Kunsill ipparteċipa fi screening u f’diskussjoni ta’ film qasir, The Silent Child li sar fil-kwartieri tal-Ġnus Magħquda f’Ġinevra, l-Isvizzera. Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabiltà, Anthony Agius Decelis flimkien mal-membri tal-Kunsill, ipparteċipaw ukoll f’panel li kien organizzat mill-Kumitat għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabiltà tal-Ġnus Magħquda.

The post Għawdxija tirrappreżenta lill-Kunsill tal-lingwa tas-sinjali fin-Nazzjonijiet Magħquda appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here