Home Net News FILMAT: Ilmenti dwar is-sitwazzjoni fit-triq tal-Korsa tal-Marsa

FILMAT: Ilmenti dwar is-sitwazzjoni fit-triq tal-Korsa tal-Marsa

6
0
SHARE
Advertisement

Diversi persuni li tkellmu ma’ NET News qed jilmentaw dwar is-sitwazzjoni fi Triq it-Tiġrija, biswit il-Korsa tal-Marsa.

It-triq, li hija dejqa ħafna, qed tkun soġġetta għal traffiku kbir minħabba nuqqas ta’ għażliet li għandhom is-sewwieqa li jkunu għaddejjin miż-żona, u dan minħabba nuqqas ta’ ppjanar sew għal xogħlijiet oħra li hemm għaddejjin f’toroq oħra marbuta.

Din it-triq tintuża ħafna minn dawk il-persuni li jkunu jridu jieħdu ż-żwiemel tagħhom fil-Korsa tal-Marsa, u diversi minn dawn is-sidien taż-żwiemel jinsabu mħassbin li tista’ sseħħ xi traġedja minħabba l-volum qawwi tal-karozzi u żwiemel ikkonċentrati f’triq dejqa bħal din.

The post FILMAT: Ilmenti dwar is-sitwazzjoni fit-triq tal-Korsa tal-Marsa appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here