Home Net News Adrian Delia iżur il-Fosos tal-Furjana fejn qed isiru l-aħħar tħejjijiet għall-Festi tal-Indipendenza

Adrian Delia iżur il-Fosos tal-Furjana fejn qed isiru l-aħħar tħejjijiet għall-Festi tal-Indipendenza

11
0
SHARE
Advertisement

L-Indipendenza għandha tkun il-Festa Nazzjonali ta’ Malta – hekk qal il-Kap tal-PN Adrian Delia waqt żjara lejliet il-ftuħ tal-attivitajiet li se jsiru fuq il-Fosos tal-Furjana.

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa tal-Indipendenza fetħu ufficjalment bil-Gala dinner li fissret ukoll sena mill-ħatra tal-Kap tal-PN Adrian Delia.

Fil-kumment li ta lil NET News Adrian Delia spjega s-sinifikat partikolari li għandha l-Festa tal-Indipendenza din is-sena.

Fiż-żjara tiegħu, Adrian Delia dar mal-Fosos tal-Furjana, fejn kienu qed isiru l-aħħar tħejjijiet bi preparazzjoni għall-attivitajiet.

L-attivitajiet li se jkun hemm fuq il-Fosos se jkunu qed imissu nies ta’ kull eta’, fosthom iż-żgħażagħ u t-tfal. Infatti, se jkun hemm żona għat-tfal fejn fost oħrajn se jkun hemm ‘bouncy castle’.

Apparti minn hekk, nhar is-Sibt se jkun qed jiġi organizzat Teen party għaż-żgħażagħ bil-parteċipazzjoni ta’ DJ Nate.

Ser ikun hemm ukoll diskussjoni flimkien mal-Kap tal-PN Adrian Delia f’teatru miftuħ.

Fost l-artisti li ser ikunu qed idoqqu fuq il-palk prinċipali, fl-attivitajiet tal-Festa tal-Indipendenza ser ikun hemm tribute bands ta’ Coldplay u Queen.

Il-milja tal-attivitajiet fuq il-Fosos tal-Furjana tintlaħaq bil-mass meeting ta’ nhar il-Ħamis, lejliet l-Indipendenza.

The post Adrian Delia iżur il-Fosos tal-Furjana fejn qed isiru l-aħħar tħejjijiet għall-Festi tal-Indipendenza appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here