Home Newsbook 184 jinżlu f’Lampedusa; 15 oħra għadhom il-baħar

184 jinżlu f’Lampedusa; 15 oħra għadhom il-baħar

8
0
SHARE
Advertisement

184 immigrant waslu Lampedusa l-Ġimgħa. Il-184 persuna waslu abbord numru ta’ dgħajjes żgħar.

Newsbook.com.mt kien bagħat xi mistoqsijiet lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar dgħajsa oħra li ġiet abbandunata fiż-żona tat-tfittxija u salvataġġ ta’ Malta, iżda ma kien hemm l-ebda riposta sal-ħin tal-pubblikazzjoni.

Gazzetti Taljani irrapurtaw dgħajsa li spiċċalha l-fjuwil fiż-żona tat-tfittxija u salvataġġ ta’ Malta, li qed iġġorr 15-il Tuneżin. L-Italja staqsiet lill-Malta tintervjeni.

Il-Ministru għall-Intern Matteo Salvini tkellem dwar soluzzjonijiet effettivi u innovattivi dwar l-imigrazzjoni waqt is-summit fi Vienna, fejn qal li waħda minnhom tista’ tkun li jintbgħatu n-nies lura t-Tuneżija.

The post 184 jinżlu f’Lampedusa; 15 oħra għadhom il-baħar appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here