Home Net News Żagħżugħ jindarab gravi, u mara l-isptar wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ

Żagħżugħ jindarab gravi, u mara l-isptar wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ

30
0
SHARE
Advertisement

Żagħżugħ ta’ 18-il sena weġġa’ gravi waqt li mara ta’ 46 sena ttieħdet l-isptar wara inċident tat-traffiku li fih kienu involuti tliet karrozzi fit-triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ.

Fi stqarrija, l-Pulizija qalet li Ford Escort misjuqa miż-żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Ħal Qormi baqgħet dieħla ġo żewġ vetturi oħra li kienu misjuqa fil-karreġjata opposta mill-mara ta’ 46 sena mill-Imsida u raġel ta’ 44 sena minn Ħal Tarxien.

Mill-investigazzjoni tal-Pulizija rriżulta li ż-żagħżugħ kien qed isuq fi-direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ meta tilef il-kontroll tal-vettura u mar fil-karreġġjata opposta, bil-konsegwenza li kellu impatt maż-żewġ vetturi l-oħra li kienu sejrin lejn ir-Rabat.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ filgħodu.

Waqt li ż-żagħżugħ u l-mara ttieħdu l-isptar, ir-raġel ta’ 44 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.

The post Żagħżugħ jindarab gravi, u mara l-isptar wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here