Home Newsbook “Unur għalija” – Bocelli se jkanta quddiem il-Papa

“Unur għalija” – Bocelli se jkanta quddiem il-Papa

18
0
SHARE
Advertisement

It-tenur Andrea Bocelli ġie konfermat li se jkun qed ikanta quddiem il-Papa Franġisku waqt il-Laqgħa Dinjija tal-Familji f’Dublin, l-Irlanda. Dan l-avveniment se jsir fil-25 t’Awissu u se jkun qed jiċċelebra l-familji kollha ta’ madwar id-dinja, u l-fidi tagħhom.

Din mhux l-ewwel darba li Bocelli deher quddiem il-Papa; huwa kanta quddiemu waqt l-aħħar Laqgħa Dinjija tal-Familji fl-2015. Huwa Nisrani devot, u tkellem kemm-il darba b’mod pubbliku dwar il-fidi u kemm hi mportanti għalih. Huwa qal li huwa privileġġ li se jkanta quddiem il-Papa Franġisku, u li jinsab kuntent immens li se jagħmel dan.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Laqgħa Dinjija tal-Familji tal-2018, Dun Timothy Bartlett, sostna li “Bocelli se jagħmel ġieħ lil din il-laqgħa, mhux biss bit-talenti tiegħu, iżda wkoll bl-imħabba tiegħu lejn il-fidi.”

The post “Unur għalija” – Bocelli se jkanta quddiem il-Papa appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here