Home Newsbook In-nisa b’relazzjoni iktar profonda mal-qtates

In-nisa b’relazzjoni iktar profonda mal-qtates

25
0
SHARE
Advertisement

In-nisa jibnu relazzjonijiet iktar profondi mal-qtates, milli jibnu l-irġiel. Dan skont studju ġdid dwar il-qtates u s-sidien tagħhom, li jikkonkludi li n-nisa jibnu relazzjonijiet iktar profondi għax jitkellmu u jempatizzaw mal-annimali tagħhom, jitbissmulhom u jispjegawlhom dak li jkun għaddej madwarhom.

In-nisa nfushom jemmnu li l-annimali jempatizzaw iktar u għalhekk ikompli jitkellmu magħhom. L-istudju mill-Università ta’ Eötvös Loránd fl-Ungerija kkonkluda li n-nisa aktar hemm tendenza li jibdew il-konverżazzjoni u l-fsied mal-qtates, filwaqt li jitbissmulhom aktar. Dr Péter Pongrácz jispjega li n-nisa jkollhom rabta iktar intensiva mal-annimali tagħhom. Jgħid li l-imġiba bejn in-nisa u l-qtates tinvolvi repetizzjonijiet u hi aktar kumplessa.

Fir-riċerka, 157 sid ta’ qattus wieġbu kwestjonarju dwar l-imġiba tagħhom mal-qtates. In-nisa, iktar mill-irġiel, għandhom tendenza jitkellmu mal-qattus u jispjegawlhom li xi tipi ta’ ikel m’humiex tajbin għalihom jew mhux se jogħġobhom. In-nisa jemmnu wkoll li l-qtates ikunu jixtiequ l-attenzjoni tagħhom u li jkunu qed iwieġbu għall-emozzjonijiet tas-sidien tagħhom.

Dawk li għandhom qtates li huma kbar fl-età irrapurtaw iktar mumenti ta’ emozzjonijiet li jkunu l-istess bejnhom u l-qattus, per eżempju li l-qattus jagħraf jekk humiex kuntenti u ferħanin u jipprova jferraħhom. L-awturi tal-istudju rrappurtaw li persuni li għandhom bżonn iktar appoġġ soċjali, jesprimu iktar emozzjonijiet u rabta lejn il-qattus tagħhom.
L-istudju sar biex jara jekk il-qtates jitqiesux bħala l-kumpanija ideali, meta mqabbla mal-klieb, dan peress li r-relazzjoni bejn il-qtatese u n-nies tiġi studjata inqas u ħafna jassumu li l-qtates huma egoisti u mhux leali.

The post In-nisa b’relazzjoni iktar profonda mal-qtates appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here