Home Newsbook Ħabta bejn karozza u mutur; mara gravi

Ħabta bejn karozza u mutur; mara gravi

30
0
SHARE
Advertisement

Għall-ħabta tas-12:45pm, seħħ inċident fi Triq Rue D’Argens, fil-Gżira.

L-inċident seħħ bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 40 sena residenti Birkirkara u mutur misjuq minn mara ta’ 25 sena mill-Maċedonja, residenti Santa Venera.

Kelliema għall-Pulizija qalu li fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 25 sena l-Isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa.

Hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi xi ħin wara li seħħ l-inċident. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

The post Ħabta bejn karozza u mutur; mara gravi appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here