Home Net News Ma jridux jieħu pożizzjoni dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri

Ma jridux jieħu pożizzjoni dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri

57
0
SHARE
Advertisement

Aktar esponenti tal-Partit Laburista jibqgħu ma jridux jieħdu pożizzjoni dwar jekk il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri għandhomx jirriżenjaw – sentejn wara li isimhom deher iswed fuq l-abjad fil-Panama Papers.

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Laburista Robert Abela baqa’ ma weġibx lanqas jekk dawn iż-żewġ politiċi qrib tal-Prim Ministru kellhomx jirriżenjaw minkejja li politiċi Ewropej oħrajn kienu rriżenjaw appena isimhom deher f’dan id-dokument li nġabar mill-Konsorzju tal-Ġurnalisti Internazzjonali (ICIJ).

Qabel ma l-Panama Papers ħarġu fil-pubbliku, Konrad Mizzi kien il-kandidat uniku biex jinħatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Imbagħad, ladarba sar magħruf li kellu kumpanija sigrieta fil-Panama, hu kellu jirriżenja minn Deputat Mexxej, għalkemm Muscat tah ‘promotion’ meta tefgħu Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. U minn dakinhar, hu reġa’ ngħata kariga oħra ta’ Ministru.

Iżda Robert Abela, wieħed minn dawk imsemmija fil-ġlieda għat-tmexxija tal-Partit Laburista ladarba Muscat iwarrab mill-kariga, għadu jinsisti li f’dan l-istadju Konrad Mizzi u Keith Schembri m’għandhomx jitneħħew mill-karigi rispettivi tagħhom.

Min-naħa tiegħu, il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri baqa’ sieket u ħalla lil Robert Abela jwieġeb hu.

The post Ma jridux jieħu pożizzjoni dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here