Home Net News L-Afganistan: Tintemm drama tal-ostaġġi f’Jalalabad

L-Afganistan: Tintemm drama tal-ostaġġi f’Jalalabad

44
0
SHARE
Advertisement

Qawwiet tas-sigurtà fil-belt ta’ Jalalabad, fil-provinċja ta’ Nangarhar, ftit tal-ħin ilu temmew assedju ta’ bini minn żewġ aggressuri armati li kienu qed iżommu għexieren ta’ ostaġġi.

Il-qawwiet tas-sigurtà ħadu kontroll tas-sitwazzjoni wara battalja qalila ta’ sitt sigħat mal-aggressuri li spiċċaw maqtula.

Intant, talanqas żewġ persuni spiċċaw f’kundizzjoni kritika wara li sofrew il-ġrieħi fl-isparar u bil-ġlied iħalli ’l fuq minn għaxra midruba.

L-assedju beda meta l-aggressuri tajru karozza mimlija bl-isplussivi u bombi oħra qabel daħlu fil-bini u ħatfu lill-ostaġġi.

Filwaqt li ħadd ma assuma responsabbiltà għall-vjolenza, it-Taliban ħareġ stqarrija fejn ċaħad kwalunkwe sehem. Dan fost indikazzjonijiet li l-ostaġġi kienu qed jinżammu mill-militanti tal-ISIS, li qegħdin iwettqu sensiela ta’ attakki qattiela fl-inħawi ta’ Jalalabad.

The post L-Afganistan: Tintemm drama tal-ostaġġi f’Jalalabad appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here