Home Net News Drew Lang jirbaħ it-Torq 5k Trail Run

Drew Lang jirbaħ it-Torq 5k Trail Run

44
0
SHARE
Advertisement

Il-veterani tat-tlielaq fit-toroq Drew Lang u Tara Abdilla rebħu t-Torq 5k Trail Run. Din it-tellieqa saret ftit bogħod mir-raħal tal-Gudja, b’attendenza pożittiva li tixhed iż-żieda fil-popolarità ta’ dan l-isport. Din it-tellieqa organizzata minn Agones SFC attirat numru sabiħ ta’ atleti, f’tellieqa li hi kkunsidrata barra mill-istaġun tat-tlielaq.

Drew Lang hu isem sinonimu mal-atletika lokali iżda din kienet l-ewwel dehra tiegħu fit-trail running. Lang kellu kompetizzjoni missielta minn Pierre Chicco, iżda rnexxielu jispiċċa fl-ewwel post b’distakk ta’ tliet sekondi. Natalino Farrugia spiċċa fit-tielet post.

Abdilla skopriet it-trail running aktar kmieni din is-sena u rebħet it-titlu globali fis-serje organizzata mill-istess klabb. Hi rebħet b’vantaġġ ta’ żewġ minuti u 16-il sekonda fuq Dzintra Grech. Pauline Abdilla daħlet it-tielet.

Ftit snin ilu t-trail running kien sport li jiġi pprattikat minn ftit dilettanti iżda permezz ta’ diversi tlielaq, dan sar sinonimu mal-klabb ta’ Agones. It-tellieqa kellha l-appoġġ ta’ Torq u saret taħt l-awspiċi tal-Malta Amateur Athletics Associations. Il-premijiet ingħataw lir-rebbieħa fl-aħħar tat-tellieqa.

Il-President ta’ Agones SFC Warren Muscat qal li “l-isport tat-trail running ma jinkludix ħafna spejjeż. Kull ma għandek bżonn hu par żarbun tajjeb għal dan it-tip ta’ ġiri. Dan it-tip ta’ ġiri u tlielaq jieħdu sehem in-nies barra l-istorbju tat-toroq u fil-kampanja, għalhekk qed naraw żieda fil-parteċipazzjoni. Kull tellieqa jew avveniment li norganizzaw qegħdin naraw uċuħ ġodda. It-trail runs li nagħmlu kull ġimgħa dejjem ikunu magħmula minn grupp tajjeb ta’ parteċipanti.”

Għal aktar informazzjoni dwar Agones SFC u l-avvenimenti tagħhom, wieħed jista’ jidħol fis-sitt www.agones-sfc.eu jew fuq il-paġna tal-facebook. La Salle AC kienu r-rebbieħa globali tal-kategorija tat-timijiet tal-irġiel u n-nisa.

Riżultati

Irġiel

1. Drew Lang                  17:51

2. Pierre Chicco             17:54

3. Natalino Farrugia     18:09

Nisa

1. Tara Abdilla               19:00

2. Dzintra Grech           22:16

3. Pauline Abdilla         23:02

The post Drew Lang jirbaħ it-Torq 5k Trail Run appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here