Home Net News Biżżejjed provi biex Bojan Cmelik jitpoġġa formalment taħt att ta’ akkuża

Biżżejjed provi biex Bojan Cmelik jitpoġġa formalment taħt att ta’ akkuża

46
0
SHARE
Advertisement

Hemm biżżejjed provi biex Bojan Cmelik, is-Serb li kontrih qed jittieħdu passi fil-Qorti b’rabta mal-qtil tal-imprenditur Hugo Chetcuti, jitpoġġa formalment taħt att ta’ akkuża.

Iddikkjarat dan il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia wara li quddiemha bdiet il-kumpilazzjoni tal-evidenza.

Fi tmiem is-seduta tal-lum, li matulha kompliet tinġabar aktar evidenza, il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia qalet li mad-daqqa t’għajn hemm biżżejjed evidenza biex Cmelik jitpoġġa formalment taħt att ta’ akkuża.

L-atti tal-każ issa jgħaddu għand l-Avukat Ġenerali li jkollu żmien stipulat biex matulu joħroġ l-att ta’ akkuża. Wara l-kumpilazzjoni tal-evidenza quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia, il-każ imur quddiem il-Qorti Kriminali fejn ikun jista’ jgħaddi ġuri.

Il-Qorti tordna li l-filmat tal-qtil ta’ Hugo Chetcuti ma jixxandarx fil-media

The post Biżżejjed provi biex Bojan Cmelik jitpoġġa formalment taħt att ta’ akkuża appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here