Home Newsbook Il-Knisja tipprovdi l-unika ikla għal eluf ta’ refuġjati Venezuelani

Il-Knisja tipprovdi l-unika ikla għal eluf ta’ refuġjati Venezuelani

46
0
SHARE
Advertisement

Don José Sebastião Barros da Silveira, Brażiljan u  Don Miguel Alberto Fernández, Orionini, Arġentin waslu fid-djoċesi ta’ Pacaraima fil-Brażil biex jgħinu lill-Kappillan Fr Jesus Lopez Fernandez de Bobadilla li għandu 78 sena, jassisti eluf ta’ refuġjati Venezuelani li qed jaħarbu minn pajjiżhom kuljum.

Il-parroċċa hi fuq il-fruntiera mal-Venezuela u hi fir-rotta ewlenija li twassal għall-Brazil. Din il-missjoni msejjħa “Qalb bla Fruntieri” qed tilqa’ u tgħin il-ħafna rġiel, nisa u tfal li qed jaslu mill-Venezuela b’ta fuqhom senduqhom.

Hu stmat li madwar 6000 emigrant jgħaddu minn Pacaraima kuljum. Uħud jieqfu f’din il-belt u oħrajn jibqgħu sejrin lejn Boa Vista, 220 kilometru bogħod.  Matul it-triq ma hemm ebda villaġġ  jew belt u allura r-refuġjati ma jsibu mkien fejn jieklu jew jistrieħu u jorqdu fil-ġemb tat-triq. Hu stmat li f’Boa Vista llum hemm aktar minn 25,000 refuġjat Venezuelan.

F’Pacaraima in-nies jorqdu fuq bennieni tal-ħabel imwaħħdla mas-siġar jew arbli. Il-Ħadd ikun hemm quddiem għan-nies tal-post u r-refuġjati Venezuelani.

Fit-3.00 a.m. il-voluniera jibdew jippreparaw il-kolazzjon għar-refuġjati li jkun servut bejn il-5.00 u s-7.30 ta’ fil-għodu.  Għal dan il-kolazzjoni imorru 1,300 persuna bejn Venezuelani u n-nies tal-lokal. Għal ħafna minnhom din hi l-unika ikla tal-ġurnata.  Fil-post tagħeml ħafna xita u kesħa.  Il-belt hi fqira, il-faċilitajiet sanitarji huma nieqsa u t-toroq mimlija emigranti jduru ma’ kullimkien għax m’’’għandhomx x’jagħmlu.

The post Il-Knisja tipprovdi l-unika ikla għal eluf ta’ refuġjati Venezuelani appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here