Home Newsbook Droga moħbija qalb il-frott; għall-Qorti llum

Droga moħbija qalb il-frott; għall-Qorti llum

53
0
SHARE
Advertisement

Żewġ Sqallin u Malti ġew arrestati wara li nqabdu jippruvaw jittraffikaw il-kannabis moħbija qalb il-bettieħ u d-dulliegħ.

Id-drogi nstabu ġo żewġ vannijiet separati li kienu qegħdin jittrasportaw il-frott minn Sqallija lejn Malta.

It-tliet irġiel inqabdu mill-Pulizija tal-Iskwadra tad-Droga l-Ħamis filgħaxija, b’100kg kannabis ħaxixa u 100kg oħra kannabis resin. Vann minnhom inqabad f’Ħal Luqa, u l-ieħor inqabad f’Ta’ Qali.

Il-Malti huwa minn San Ġwann, filwaqt li ż-żewġ irġiel l-oħra huma Sqallin, u għandhom 28, 30 u 31 sena. Huma qegħdin jinżammu arrestati biex jiġu interrogati.
Din is-sejba qed titqies bħala l-akbar sejba ta’ kannabis din is-sena.
L-irġiel għandhom jitressqu l-Qorti llum, u se jidhru quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea Sciberras.

 

The post Droga moħbija qalb il-frott; għall-Qorti llum appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here