Home One News Aktar grants mogħtija minn servizz.gov

Aktar grants mogħtija minn servizz.gov

40
0
SHARE
Advertisement

 

Servizz.gov, l-aġenzija li tiġbor fi ħdanha s-servizzi governattivi kollha, qed tkompli żżid is-servizzi li joffri liċ-ċittadin. B’hekk iċ-ċittadin jinqeda b’iktar effiċjenza u kumdità f’għażla wiesgħa ta’ servizzi governattivi.

F’dan il-blog ta’ spiss insemmi kemm sar komdu li wieħed jaċċessa s-servizzi tal-gvern. Dment li servizz ma tiġix bżonnu ftit li xejn tagħti kas tad-disponibbilità tiegħu imma xħin tiġi bżonnu arana nfittxu u nitkellmu ma’ dak u nitkellmu mal-ieħor biex niksbu l-informazzjoni li għandna bżonn.

Imma permezz ta’ servizz.gov, iċ-ċentri reġjonali tiegħu u l-one-stop-shop online illi huwa s-sit servizz.gov.mt, persuna tista’ jew iżżur wieħed minn dawn iċ-ċentri reġjonali jew inkella tidħol f’dan is-sit u ssib dak kollu li tixtieq. Illum se nitratta l-għotjiet, jew inkella l-grants maħruġa b’rabta’ ma’ spejjeż għal funzjoni ta’ funeral, tieġ, ordinazzjoni saċerdotali jew xiri ta’ rota inkella strument mużikali. Dawn kollha huma għotjiet ta’ darba li wieħed irid japplika għalihom. U llum sar aktar faċli minn qatt qabel biex tagħmel propju dan.

Fuq is-sit elettroniku kulma għandek tagħmel huwa li tikteb l-għotja li għandek bżonn u hemmhekk titla’ informazzjoni dwar l-għotja, l-ammont li se jingħatalek, min huwa eliġibbli u saħansitra ssib l-applikazzjoni lesta biex timlieha onlajn. Importanti li jkollok l-e-ID u jekk ma tafiex jew insejtha tkun tista’ ċċempel 25904300 biex tingħata għajnuna biex tattiva l-kont tiegħek.

Fil-jiem li ġejjin, ma’ dawn il-ħames grants se jiżdiedu oħrajn biex iċ-ċittadin ikun jista’ jinqeda saħansitra aħjar. Għalhekk ara kemm sar iktar faċli u konvenjenti li wieħed japplika għal dawn il-grants meta jrid u minn fejn irid.

Din hija l-viżjoni tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, li s-servizzi governattivi jkunu aċċessibbli minn kulħadd u minn kullimkien. Għażla oħra hija l-Freephone 153, b’servizz.gov lest biex joffri servizz liċ-ċittadin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here