Home Newsbook Trump jakkuża lill-Ġermanja li hi kkontrollata mir-Russja

Trump jakkuża lill-Ġermanja li hi kkontrollata mir-Russja

11
0
SHARE
Advertisement

Il-President tal-Amerika, Donald Trump akkuża lill-Ġermanja li hija “maqbuda” mir-Russja. hekk kif il-mexxejja tal-Punent inġabru fi Brussell għas-summit tan-NATO fejn Trump irid lill-Ewropej iħallsu aktar għad-difiża tagħhom stess.

Fi stqarrija pubblika kontra waħda mill-aqwa qawwiet militari fl-Ewropa, Trump qal lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg li l-Ġermanja kienet żbaljata biex tappoġġja pipeline ġdid fil-Baħar Baltiku li sewa’ $11-il biljun sabiex timporta gass Russu waqt li m’hix tilħaq miri fin-nefqa tagħha fin-NATO biex tipproteġi lilha nfisha kontra r-Russja.

“Aħna suppost li nħarsu kontra r-Russja u l-Ġermanja tmur u tħallas biljuni u biljuni ta’ dollari fis-sena lir-Russja,” qal Trump fil-preżenza ta’ diversi ġurnalisti f’laqgħa ta’ qabel is-summit fir-residenza tal-ambaxxatur tal-Istati Uniti fil-Belġju.

The post Trump jakkuża lill-Ġermanja li hi kkontrollata mir-Russja appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here