Home Net News Liberat minn importazzjoni u traffikar ta’ droga kokaina 17-il sena ilu

Liberat minn importazzjoni u traffikar ta’ droga kokaina 17-il sena ilu

8
0
SHARE
Advertisement

Antonio Gatt, li llum għandu 69 sena, kien liberat mill-akkużi ta’ importazzjoni u assoċjazzjoni sabiex tiġi traffikata droga kokaina f’ każ li jmur lura għall-2001 meta pakkett postali mill-Kanada, allegatament indirizzat għall-akkużat, kien interċettat. Wara eżami xjentifiku, irriżulta li s-sustanza fil-pakkett kienet tikkonsisti fi 2.2 kilogramma droga kokaina li kienet 30% pura.

F’sentenza mogħtija llum mill-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, il-Qorti sabet li l-Prosekuzzjoni ma rnexxielhiex tipprova fil-grad mitlub mill-liġi, jiġifieri lil hinn minn kull dubju raġjonevoli, li Gatt wettaq ir-reati li dwarhom kien mixli.

Anzi, fis-sentenza tagħha, il-Qorti osservat li fir-realta’ Antonio  Gatt kien tradut minn ħuh u deher ċar li l-master mind tal-konfoffa kien ċertu Norman Bezzina flimkien ma’ ċertu Simon Xuereb u Laurence Gatt, li jiġi ħu l-akkużat.

Għaldaqstant, filwaqt li ħelset lil Gatt minn kull ħtija, il-Qorti ċaħdet it-talbiet tal-Prosekuzzjoni biex ikunu ffriżati l-assi tal-akkużat u ordnat id-distruzzjoni tad-droga elevata.

L-Avukati Joe Giglio, Jason Azzopardi u Kris Busietta dehru għal Antonio Gatt.

 

The post Liberat minn importazzjoni u traffikar ta’ droga kokaina 17-il sena ilu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here