Home Newsbook L-FIAU ma mxietx sew biex tikkontrolla lil Pilatus Bank – EBA

L-FIAU ma mxietx sew biex tikkontrolla lil Pilatus Bank – EBA

9
0
SHARE
Advertisement

L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) ikkonkludiet li l-Aġenzija tal-Gvern kontra l-ħasil tal-flus (FIAU) naqset milli tagħmel superviżjoni effettiva fuq il-Bank Pilatus minħabba numru ta’ nuqqasijiet li jinkludu nuqqasijiet fil-proċeduri kif ukoll nuqqas f’azzjonijiet ta’ superviżjoni mill-FIAU hekk kif il-każ tal-bank Pilatus kien magħluq mingħajr mal-Aġenzija ma applikat sanzjonijiet fil-konfront tal-bank.

Wara li nfetħet investigazzjoni formali dwar il-ksur tal-liġi tal-Unjoni, il-Bord tas-Superviżuri kkonkluda li l-FIAU kienet kisret id-Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil ta’ flus u finanzjament tat-terroriżmu.

L-EBA ħarġet b’8 rakkomandazzjonijiet għal FIAU, filwaqt li ħeġġet lill-istess Aġenzija tieħu l-passi neċessarji biex tiġi konformi mad-Direttiva kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

F’Ottubru li għadda il-Kummissjoni Ewropea kienet talbet lill-Awtorità tinvestiga l-possibilità ta’ ksur tal-liġi Ewropea mill-FIAU kif ukoll mill-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) fil-każ tal-Bank Pilatus.

L-EBA kienet żaret liż-żewġ awtoritajiet konċernati f’Malta. L-Awtorità fi stqarrija qalet li l-miżuri li ttieħdu mill-FIAU ma kienux biżejjed biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet li waslu biex tinfetaħ din l-investiazzjoni.

Il-Bank Pilatus ingħata l-liċenzja li biha seta’ jopera f’Malta fit-3 ta’ Jannar 2014. B’din il-liċenzja huwa seta’ jiftaħ u jopera ġewwa l-Ingilterra. F’Settembru u Ottubru 2015 id-Dipartiment tas-Superviżjoni Bankarja fi ħdan l-MFSA għamlet inspezzjoni fuq il-Bank Pilatus.

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa fit-tweet qal li l-EBA kkonfermat dawk li kienu qed jgħidu dwar is-superviżjoni tal-Bank Pilatus. Huwa saħaq li l-istituzzjonijiet Maltin huma obbligati li jipproteġu ċ-ċittadini ta’ Malta u mhux il-politiċi korrotti. Huwa qal li filwaqt il-bank ma għadux jopera in-Nexia BT għadha topera.

 

The post L-FIAU ma mxietx sew biex tikkontrolla lil Pilatus Bank – EBA appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here