Home Newsbook “Ħadd ma kien jemmen li se jirnexxielna”

“Ħadd ma kien jemmen li se jirnexxielna”

17
0
SHARE
Advertisement

Ilbieraħ inħarġu mill-għar l-aħħar erba’ subien Tajlandiżi flimkien mal-kowċ tagħhom tal-futbol. Il-missjoni ta’ salvataġġ li bdiet ġimgħatejn ilu, b’hekk spiċċat b’wiċċ il-ġid.

Wara li l-membri tas-salvataġġ għamlu xi jiem jaħsbu kif se jsalvaw lit-tfal, irnexxielhom jibdew l-operazzjoni ta’ salvataġġ nhar il-Ħadd li għadda. Fl-istess ġurnata inħarġu erba’ mis-subien marbuta mal-bugħaddasa.

L-għada irnexxielhom joħorġu erbgħa oħra u lbieraħ inħarġu l-aħħar erbgħa. Dawn ġew milqugħa b’ċapċip spontanju.

Is-subien flimkien mal-kowċ daħlu fl-għar jesploraw, iżda meta bdiet nieżla x-xita, l-passaġġi imtlew bl-ilma u ma setgħux jerġgħu joħorġu lura.

Issa s-subien qed jinżammu l-isptar għall-osservazzjoni.

The post “Ħadd ma kien jemmen li se jirnexxielna” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here