Home Newsbook Filmat: Jolqtu kanna tal-ilma waqt li jqaċċtu siġra

Filmat: Jolqtu kanna tal-ilma waqt li jqaċċtu siġra

9
0
SHARE
Advertisement

Aktar kmieni wara nofsinhar, infaqgħet kanna tal-ilma fi triq id-Duluri, l-Pieta. Fuq il-post kien hemm preżenti s-Sindku tal-Pieta, is-Sur Keith Tanti flimkien mas-segretarju.

Meta mistoqsi dwar x’kienet is-sitwazzjoni, s-Sindku qal li bħalissa f’dan il-post qed isir proġett ta’ tisbieħ. Il-kappella ddedikata lill-Madonna tad-Duluri li hemm fl-istess triq se tkun fiċ-ċentru ta’ dan it-tisbieħ.

Skont is-Sindku, is-siġra li qegħdha propju faċċata tal-kappella se tinqala’ minħabba l-ħsara li għamlet fuq il-bankina u lill-binja li tmiss magħha. B’hekk il-pjazzetta ta’ quddiem il-kappella se terġa’ lura għall li kienet żmien ilu. Skont is-Sindu, numru ta’ residenti għamlu talbiet biex din il-pjazzetta terġa’ tikseb il-glorja tagħha u li tinqala’ s-siġra.

Is-Sur Keith Tanti qal li dan kollu mhux isir b’kapriċċ, u s-siġra se terġa’ titħawwel f’post ftit il-bogħod minn fejn hi bħalissa. Minflok is-siġra, se jitħawwlu xi siġar oħra, kif ukoll fjuri.

The post Filmat: Jolqtu kanna tal-ilma waqt li jqaċċtu siġra appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here