Home Net News FILMAT: Jinħela ammont qawwi ta’ ilma wara ħsarat f’Birkirkara

FILMAT: Jinħela ammont qawwi ta’ ilma wara ħsarat f’Birkirkara

17
0
SHARE
Advertisement

Persuni li tkellmu ma’ NET News u li bagħtu l-filmat t’hawn fuq, esprimew rabja għall-mod kif għal sigħat sħaħ ma sar xejn dwar ħsara f’waħda mit-toroq u li wassal għall-ħruġ ta’ ammont qawwi ta’ ilma.

Il-ħsara saret fi triq prinċipali ftit ‘il fuq mill-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Birkirkara, magħrufa aħjar bħala l-Knisja l-Qadima.

Minn informazzjoni li għandu NET News, jidher li l-kuntrattur laqat waħda mill-kanen hekk kif it-triq qed tinqala’. Persuni li tkellmu ma’ NET News qalu li l-gelgul ta’ ilma ilu nieżel mis-siegħa ta’ waranofsinhar, bi pressa qawwija tant li l-ilma jibqa’ sejjer sal-Wied ta’ Birkirkara.

“Filwaqt li wieħed jifhem li jkun hemm il-ħsarat, din it-tip ta’ negliġenza hija inaċċettabbli. Qed jinħela ammont kbir ta’ ilma,” qaltilna l-persuna li bagħtet il-filmat t’hawn fuq.

The post FILMAT: Jinħela ammont qawwi ta’ ilma wara ħsarat f’Birkirkara appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here