Home Newsbook Jitfa’ l-aċtu lil ommu, il-Maġistrat jgħid li “l-ġenituri responsabbli”

Jitfa’ l-aċtu lil ommu, il-Maġistrat jgħid li “l-ġenituri responsabbli”

57
0
SHARE
Advertisement

Il-Maġistrat Ian Farrugia dalgħodu qal lil żagħżugħ ta’ 18-il sena li allegatament weġġa’ lil ommu, li l-ġenituri tiegħu huma responsabbli għas-sitwazzjoni li jinsab fiha.

Iż-żagħżugħ, minn San Ġwann, tressaq il-Qorti akkużat li tefa’ likwidu jaħraq u aċiduż lil ommu.

Huwa ordna li ż-żagħżugħ jinżamm arrestat fit-Taqsima Forensika tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, filwaqt li saħaq li għandu jirregolarizza ħajtu. Ordna wkoll li jingħata l-għajnuna meħtieġa mis-social workers u mill-Appoġġ.

Il-Maġistrat kompla jgħid liż-żagħżugħ li ma jridx jerġa’ jarah il-Qorti b’xi reat iktar serju. Kellu wkoll appell għal missier iż-żagħżugħ, biex ikollu rwol attiv biex jgħin lil ibnu jerġa’ jsib ħajtu.

Iż-żagħżugħ li la jaħdem u lanqas jistudja, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih iżda qal li qatt ma ried ipoġġi ħajjet ommu fil-periklu.

The post Jitfa’ l-aċtu lil ommu, il-Maġistrat jgħid li “l-ġenituri responsabbli” appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here