Home One News Żewġ Ingliżi avvelenati bl-istess kimika li ntużat fuq l-eks spija Russu

Żewġ Ingliżi avvelenati bl-istess kimika li ntużat fuq l-eks spija Russu

21
0
SHARE
Advertisement

Raġel u mara nstabu mitlufin minn sensihom f’Wiltshire wara li ġew esposti għall-kimika Novichok, l-istess kimika li ġie avvelenat biha l-eks spija Russu, Sergei Skripal. 

Il-koppja, Charlie Rowley ta’ 45 sena u Dawn Sturgess ta’ 44 sena, bdew iħossuhom ma jifilħux fir-residenza tagħhom f’Amesbury s-Sibt li għadda u għadhom f’qagħda kritika.

Il-Pulizija qalet li s’issa ma nstab ħadd li ġie avvelenat bl-istess mod u li qed isofri minn sintomi simili. Spjegat kif m’hemm xejn li jindika x’wassal biex dawn iż-żewġ persuni jiġu avvelenati.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here