Home Newsbook L-MFSA tniedi l-ewwel abbozz dwar il-muniti virtwali

L-MFSA tniedi l-ewwel abbozz dwar il-muniti virtwali

11
0
SHARE
Advertisement

L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA qalet li rċeviet rispons pożittiv ħafna dwar ir-regolamentazzjoni ta’ servizzi offruti b’rabta mal-muniti virtwali.

Fi stqarrija l-MFSA sostniet li dan sar bħala parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni li tnieda mill-Gvern dwar it-twaqqif ta’ awtorità għall-innovazzjoni diġitali.

L-MFSA spjegat li l-abbozz tal-Att dwar l-Assi Finanzjarji Virtwali tinkludi fost l-oħrajn klawżoli dwar eżenzjonijiet, tariffi, kontroll tal-assi, multi amministrattivi u appelli.

Qalet li issa qed tistenna rispons mill-industrija dwar dan l-abbozz, li l-għan tiegħu jibqa’ dak li jħares l-istabbiltà finanzjarja, jippromwovi l-integrità fis-suq u jassigura l-protezzjoni ta’ min jinvesti.

Il-konsultazzjoni se tibqa’ miftuħa sal-20 ta’ Lulju li ġej.

The post L-MFSA tniedi l-ewwel abbozz dwar il-muniti virtwali appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here