Home Newsbook Schmeichel jista’ jħalli lil Leicester

Schmeichel jista’ jħalli lil Leicester

30
0
SHARE
Advertisement

Chelsea u Roma mistennija jissieltu għall-firma ta’ Kasper Schmeichel minħabba li l-goalkeepers titlorari jistgħu jħallu lill-klabbs rispettivi tagħhom. Schmeichel , li għandu 31 sena u li missieru għadu maħbub mill-partitarji ta’ Manchester United ħabba s-suċċess li kiseb mal-klabb, kellu parti importanti fir-rebħ tal-kampjonat ta’ Leicester City.

Id-Daniż kien bla dubju wieħed mill-aqwa plejers matul il-logħba ta’ lbieraħ bejn id-Danimarka u l-Kroazja, b’dawn tal-aħħar joħorġu rebbieħa grazzi għall-għoti tal-penalties. Schmeichel laqa’ penalty ta’ Luka Modric fl-aħħar ftit minuti tal-logħba kif ukoll tnejn oħra waqt l-għoti tal-penalties.

Miġjub lilek minn Hublot

The post Schmeichel jista’ jħalli lil Leicester appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here