Home Net News Il-Gvern għandu jisma’ t-tħassib tar-residenti, bdiewa u ċiklisti

Il-Gvern għandu jisma’ t-tħassib tar-residenti, bdiewa u ċiklisti

20
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvern m’għandux jibqa’ għaddej bħal gaffa fuq ir-residenti, l-bdiewa, l-produtturi u ċ-ċiklisti, u jibqa’ għaddej bis-Central Link Project u ma jqisx il-problemi li dan jista’ joħloq. Dan imur kontra l-ispirtu tal-fondi tal-UE li se jintużaw fil-proġett. L-MEP Francis Zammit Dimech għamel dawn ir-rimarki wara li ressaq mistoqsija lill-Kummissjoni Ewropea biex iwassal il-leħen tar-residenti, il-bdiewa, il-produtturi u ċ-ċiklisti.

Zammit Dimech argumenta li dawk interessati, bħar-residenti li jgħixu fit-toroq rilevanti, bdiewa u produtturi li għandhom terren qrib dawn it-toroq u anke ċiklisti qajmu diversi tħassib dwar il-proġett. Dan minħabba li l-ħsejjes tat-traffiku u l-emissjonijiet li jirriżultaw, se jispiċċaw eqreb lejn id-djar tagħhom, meded estensivi ta’ art agrikola se jinbidlu f’toroq u ċ-ċiklisti ma jħossux li se jkollhom is-sigurtà neċessarja. Barra minn hekk, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt soċjali jew l-istima tal-impatt tat-traffiku.

Zammit Dimech żied li l-inidivdwi interessati ddikjaraw li ma ġewx ikkonsultati. It-tħassib spjegat minn Zammit Dimech jirrepeti dawk elenkati f’żewġ ittri mibgħuta llum min-Netwerk Ambjentali tar-Residenti ta’ Ħ’Attard (AREN) lill-Kummissarju għall-Politika Reġjonali – Corina Cretu u l-Prim Ministru ta’ Malta.

Zammit Dimech staqsa jekk il-mod li bih qed jiġi propost il-proġett jirriflettix l-ispirtu tal-prijoritajiet tal-fond ta’ koeżjoni, li l-prijoritajiet ta’ investiment fih jinkludu l-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent, il-protezzjoni u r-restawr tal-ħamrija u miżuri biex jitjiebu sistemi tat-trasport li jħarsu l-ambjent .

Zammit Dimech staqsa wkoll jekk is-Sustainable Urban Mobility Plan promoss mill-Kummissjoni kienx qed jiġi rrispettat. Zammit Dimech żied li se jkun il-vuċi tar-residenti, bdiewa u ċiklisti fil-Parlament Ewropew.

The post Il-Gvern għandu jisma’ t-tħassib tar-residenti, bdiewa u ċiklisti appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here