Home One News Missier u iben ta’ 3 snin l-isptar wara hit and run f’San...

Missier u iben ta’ 3 snin l-isptar wara hit and run f’San Pawl il-Baħar

30
0
SHARE
Advertisement

Missier u iben ta’ tliet snin ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li t-tifel ntlaqat minn vettura u l-missier spiċċa midrub waqt argument max-xufier f’San Pawl il-Baħar, bix-xufier jaħrab minn fuq il-post.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-19:15 fi Triq Sir Luigi Preziosi f’San Pawl il-Baħar meta allegatament it-tifel ta’ tliet snin mir-Renju Unit intlaqat minn vettura. Sorsi fuq il-post spjegaw kif wara li seħħ l-inċident ix-xufier spiċċa f’argument ma’ missier it-tifel tant li l-missier ta’ 42 sena mill-Islovakkja spiċċa midrub.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ one.com.mt li x-xufier ħarab minn fuq il-post.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-missier u l-iben l-isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

 

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here