Home Net News Shaqiri jagħti rebħa importanti lill-Iżvizzera

Shaqiri jagħti rebħa importanti lill-Iżvizzera

59
0
SHARE
Advertisement

Gowl lejn it-tmiem ta rebħa importanti lill-Iżvizzera hekk kif għelbet lis-Serbja 2-1. B’dan ir-riżultat, l-Iżvizzera saret l-ewwel tim f’din l-edizzjoni li kien minn taħt u rebaħ il-logħba.

Is-Serbja kienet fetħet l-iskor wara erba’ minuti meta minn kross mil-lemin, daħal tajjeb ALEKSANDAR MITROVIC li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Yann Sommer. Ċans tajjeb għall-Iżvizzera li ġġib id-draw man-nofs siegħa logħob. Blerim Dzemaili daħal tajjeb fl-ispazju u prova jikkonkludi mill-kaxxa, iżda Vladimir Stojkovic kien attent u salva x-xutt.

Bħal ma għamlu kontra l-Brażil, l-Iżvizzera ġabet id-draw fil-bidu tat-tieni taqsima. Kien fit-53 minuta meta f’kontrattakk, ix-xutt ta’ Xherdan Shaqiri kien blokkat u spiċċa fid-direzzjoni ta’ Granit XHAKA li b’xutt potenti fir-rokna għeleb lil Stojkovic.

L-Iżvizzeri għal ftit ma marrux minn fuq ħames minuti wara b’xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Shaqiri li mess mal-wieqfa. Iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom għall-kumplament tal-partita, iżda fid-90 minuta l-Iżvizzera skorjat il-gowl tar-rebħa. Xherdan SHAQIRI għeleb in-nasba tal-offside minn nofs il-grawnd, avvanza bil-ballun, daħal fil-kaxxa u b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Stojkovic.

The post Shaqiri jagħti rebħa importanti lill-Iżvizzera appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here