Home Newsbook L-UE ddaħħal dazju ta’ 25% fuq prodotti impurtati mill-Istati Uniti

L-UE ddaħħal dazju ta’ 25% fuq prodotti impurtati mill-Istati Uniti

29
0
SHARE
Advertisement

Mil‑lum l‑Unjoni Ewropea introduċiet dazju ta’ 25% fuq prodotti mill‑Istati Uniti b’risposta għad‑dazju li l‑President Donald Trump daħħal fuq l‑azzar u l‑aluminju.

It‑tariffi fuq prodotti Amerikani, li jammontaw għal kważi €3 biljun, ġew imposti fuq prodotti bħal whiskey, muturi, jeans u meraq tal‑larinġ.

Il‑President tal‑Kummissjoni Ewropea, Jean‑Claude Juncker, qal li d‑dazju impost mill‑Istati Uniti fuq il‑pajjiżi tal‑Unjoni jmur kontra “kull loġika u storja”.

In-nuqqas ta’ qbil bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fuq il-politika kummerċjali tista’ twassal għal gwerra kummerċjali, partikolarment jekk Donald Trump iwettaq it-theddida tiegħu, dik li jippenalizza karozzi Ewropej.

F’Marzu li għadda t‑tmexxija ta’ Trump ħabbret li ser tintorduċi tariffi ta’ 25% fuq l‑azzar u 10% fuq l‑aluminju impurtat fl‑Istati Uniti. Dawn daħlu fis‑seħħ fl‑1 ta’ Ġunju u affettwaw pajjiżi tal‑Unjoni Ewropea, il‑Kanada, il‑Messiku u pajjiżi oħra alleati tal‑Istati Uniti, inkluż l‑Indja.

Sadanittant, l‑Indja ser tgħolli t‑taxxa fuq 29 prodott importat mill‑Istati Uniti, inkluż affarijiet agrikoli u oġġetti tal‑azzar u tal‑ħadid. It‑tariffi l‑ġodda tad‑dazju ser jidħlu fis‑seħħ mill‑4 ta’ Awwissu li ġej u ser jaffettwaw lewż, ġewż u ċiċri mill‑Istati Uniti fost l‑oħrajn. L‑Indja hi waħda mill‑ikbar pajjiżi li timporta lewż Amerikan u din id‑deċiżjoni mistennija tħalli impatt negattiv fuq il‑bdiewa Amerikani.

The post L-UE ddaħħal dazju ta’ 25% fuq prodotti impurtati mill-Istati Uniti appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here