Home Newsbook Il-flus għall-Erasmus għandu jittripplika – Zammit Dimech

Il-flus għall-Erasmus għandu jittripplika – Zammit Dimech

67
0
SHARE
Advertisement

L-Ewroparlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista, Francis Zammit Dimech saħaq li l-baġitt tal-Erasmus għandu minn tal-inqas jittripplika. Dan qalu waqt laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kultura, l-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport.

Huwa saħaq li l-Erasmus għandu jilħaq iktar nies apparti dawk li qed jsegwu edukazzjoni terzjarja u għandu jilħaq gruppi vulnerabbli. Huwa rrakomanda li għandu jkun hemm żieda fil-fondi għall-isports. Huwa reġa temm dan waqt waqt il-varazzjoni tal-pubblikazzjoni Bologna With Students Eyes.  Filwaqt li kompla li hemm bżonn strateġiji ta’ mobilità u internazzjonalizzazzjoni biex ngħelbu l-isfidi li l-istudenti u żgħażagħ għadhom jaffaċċjaw meta jiġu biex jieħdu sehem f’programmi ta’ mobilità.

Zammit Dimech qal li skont id-dokument ta’ politika Bologna With Students Eyes li fejn tidħol mobilità, il-progress kien wieħed minimum fl-Unjoni Ewropea . Dan għaliex il-problemi li ż-żgħażagħ kellhom jaffrontaw fl-2012 għadhom hemm. Huwa saħaq li f’Malta, iż-żgħażagħ għadhom jaffaċċjaw burokrazija u dewmien fl-applikazzjonijiet tagħhom filwaqt li r-rikonoximent tal-istudji tagħhom ma’ instituzzjonijiet edukattivi oħra mhux dejjem kien ċar.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li baġitt għall-fond tal-Erasmus għandu jirdoppja għall-€30 biljun għall-baġitt Ewropew 2021-2027. Dan iffisser li se jkun jiflaħ jgħin sa 12-il miljun persuna.

The post Il-flus għall-Erasmus għandu jittripplika – Zammit Dimech appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here