Home Newsbook Tifel fost 4 li weġġgħu f’ħabta fir-Rabat

Tifel fost 4 li weġġgħu f’ħabta fir-Rabat

7
0
SHARE
Advertisement

Erba’ persuni fosthom tifel weġġgħu f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.

L-inċident seħħ illum waranofsinhar fi Triq Valletta, mir-Rabat fid-direzzjoni tat-Telgħa tas-Saqqajja.

Il-ħabta seħħet bejn żewġ karozzi li kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni opposta.

F’waħda mill-karozzi kien hemm tfajla ta’ 18-il sena.

Fuq il-post marru żewġ ambulanzi li ħadu lill-vittmi l-Isptar Mater Dei.

The post Tifel fost 4 li weġġgħu f’ħabta fir-Rabat appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here