Home Net News SPARAR: Il-Kap tal-PN iżur lit-tiraturi Maltin f’Ta’ Kandja

SPARAR: Il-Kap tal-PN iżur lit-tiraturi Maltin f’Ta’ Kandja

2
0
SHARE
Advertisement

Illum f’Ta’ Kandja tkompliet it-Tazza tad-Dinja tal-Isparar u kien hemm fl-azzjoni t-tiraturi Maltin fit-Trap.

Brian Galea laqat 108 plattini minn total ta’ 125, William Chetcuti laqat 106 filwaqt li Mario Buhagiar laqat 99 plattina fit-tieni ġurnata tal-kwalifikazzjoni tat-Trap iżda ma kienx bizzejed biex huma jgħaddu mal-aħħar sitta għall-finali.

Ħadu sehem ukoll Gianluca Chetcuti u Nazzareno Attard fil-kategorija MQS Extra tat-Trap b’96 u 94 plattina milquta minn 125 rispetivament, riżultat li klassifikhom fis-17 u fit-18-il post rispettivament.

Ta’ min jinnota li preżenti jaraw lit-tiraturi Maltin kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, il-Kelliem għaż-Żgħażagħ u Sport Ryan Callus u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ekonomija, is-Servizzi Finanzjarji u l-Innovazzjoni, Kristy Debono.

The post SPARAR: Il-Kap tal-PN iżur lit-tiraturi Maltin f’Ta’ Kandja appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here