Home Net News L-MEPs iridu korp ta’ monitoraġġ tal-PE li jesponi prattiċi abbużivi tal-iSLAPP

L-MEPs iridu korp ta’ monitoraġġ tal-PE li jesponi prattiċi abbużivi tal-iSLAPP

10
0
SHARE
Advertisement

“IL-GVERN MALTI M’GĦANDUX SKUŻI FUQ IL-LIĠI KONTRA L-ISLAPP”

L-MEPs David Casa (EPP), Ana Gomes (S&D), Monica Macovei (ECR), Maite Pagazaurtundúa (ALDE), Benedek Jávor (Greens-EFA) u Stelios Kouloglou (GUE/NGL) organizzaw dibattitu fi Strasburgu biex jiddiskutu l-ġurnaliżmu u l-ħtieġa għal-leġiżlazzjoni kontra l-iSLAPP fl-UE. L-iSLAPP tikkonsisti f’azzjoni legali li hija maħsuba biex tiċċensura, theddid u twaqqaf lill-ġurnalisti billi tgħabbilhom bl-ispiża ta’ difiża legali jekk ma jabbandunawx il-kritika jew l-oppożizzjoni tagħhom.

Matul id-dibattitu li sar fil-Kamra Daphne Caruana Galizia, l-MEPs skambjaw fehmiet ma’ ġurnalisti u organizzazzjonijiet tal-ġurnalisti dwar l-effetti tal-prattiċi SLAPP u l-miżuri meħtieġa biex jindirizzawhom.

L-MEPs iddikjaraw: “Ilna naħdmu fuq dan is-suġġett għal ħafna xhur issa. L-iSLAPP hija abbuż, fastidju u m’għandha l-ebda post fl-Unjoni Ewropea. Aħna impenjati li nkomplu naħdmu fuq din il-kwistjoni. Qegħdin nistiednu lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex tiġġieled kontra l-iSLAPP iżda qed insegwu b’mod attiv il-ħolqien ta’ korp ta’ monitoraġġ li se jesponi l-prattiċi tal-iSLAPP f’livell Ewropew. Dawk li jużaw l-iSLAPP jagħmlu dan bil-għan li jaħbu l-verità, sabiex jissalvagwardjaw ir-reputazzjoni tagħhom billi jaħbu n-nuqqasijiet. Permezz tal-monitoraġġ tal-użu tal-iSLAPP, il-MEPs jkunu f’pożizzjoni li jesponu dawn il-prattiċi meta jseħħu. L-esponiment ta’ dawn il-prattiċi huwa fih innifsu deterrent kontra l-użu tagħhom. F’Malta, jidher ċar mir-risposti li rċevejna mill-Kummissjoni li m’hemm xejn fil-liġi tal-UE li jipprevjeni miżuri leġiżlattivi biex jipproteġu lill-ġurnalisti kontra l-iSLAPP.”

Il-kelliema kienu jinkludu Jurgen Balzan minn The Shift News, u l-blogger politiku Manuel Delia. Sarah Clarke minn PEN International u Thomas Gibson li jirrappreżentaw il-Kumitat għall-Protezzjoni tal-Ġurnalisti pparteċipaw ukoll fid-dibattitu. Id-dibattitu kien ippresedut minn Sophie Busson minn Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri.

The post L-MEPs iridu korp ta’ monitoraġġ tal-PE li jesponi prattiċi abbużivi tal-iSLAPP appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here