Home One News “L-Ewropa teħtieġ politika komuni dwar l-immigrazzjoni” – Alfred Sant

“L-Ewropa teħtieġ politika komuni dwar l-immigrazzjoni” – Alfred Sant

7
0
SHARE
Advertisement

L-Ewropa għandu jkollha politika komuni li taħdem biex tippermetti immigrazzjoni legali miftuħa u ekonomika, li tqabbel l-immigranti mal-ħtiġijiet iddikjarati tal-istati membri. Għandha wkoll issaħħaħ u tifrex aktar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Afrika tas-sub saħara, u fl-istess ħin tirrazzjonalizza l-investiment u l-attivitajiet operattivi tal-korporazzjonijiet tagħha stess f’dik iż-żona – sabiex iħajru l-ħolqien tal-impjiegi hemmhekk, qal Alfred Sant meta indirizza d-dibattitu “Emerġenzi Umanitarji fil-Mediterran u Solidarjeta` fl-UE” fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Id-dibattitu ġie miżjud fl-aġenda ta’ din il-ġimgħa nhar it-tnejn wara t-tilwima bejn l-Italja u Malta fuq il-vapur ta’ salvataġġ ‘Aquarius’.

“Ilna niddikkjaraw dawn l-għanijiet żmien twil.” qal Alfred Sant.

Dr Sant qal li hemm ħafna nuqqas ta’ qbil u l-implimentazzjoni hija zoppa. Sew jekk permezz ta’ “Dublin” u sew jekk mod ieħor, wasal iż-żmien biex dawk l-istati membri li jaħsbuha l-istess, flimkien jikkonsolidaw u jimplimentaw b’mod sħiħ id-direzzjoni tal-politika miftiehma.

“Sakemm ma nagħmlux distinzjoni ċara bejn dawk li ġenwinament ifittxu l-ażil  u l-emigranti ekonomiċi, iċ-ċittadini Ewropej mhux se jifhmu l-għan tagħna dwar kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni. Mingħajr ma jkollna politika u regoli li jiffunzjonaw u li jittrattaw b’mod ġust, strett u effettiv dawn il-kwistjonijiet fuq bażi Ewropea, il-populisti u estremisti se jirbħu l-isfida politika.

Dawk li jfittxu l-ażil għandhom jingħataw il-protezzjoni kollha li jeħtieġu. L-emigranti ekonomiċi, sakemm ma jkunux meħtieġa mill-ekonomiji Ewropej, għandhom jintbagħtu lura. Għal dan hemm bżonn ta’ sistema ta’ kontroll tal-fruntieri b’saħħitha u effettiva li tasal għal territorji ġirien, inkluża kapaċita` ta’ sigurta`.” enfasizza Alfred Sant.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here