Home Net News L-Arċisqof Charles J. Scicluna fi żjara fiċ-Ċili

L-Arċisqof Charles J. Scicluna fi żjara fiċ-Ċili

14
0
SHARE
Advertisement

L-Arċisqof Charles Scicluna kompla biż-żjara fiċ-Ċili – żjara li l-għan tagħha hu li tkompli l-investigazzjoni dwar abbuż sesswali minn membri ta’ ordnijiet reliġjużi fil-pajjiż.

L-Arċisqof Malti huwa meqjus bħala l-aqwa investigatur dwar l-abbużi sesswali li għandu l-Vatikan.

Din iż-żjara seħħet jum biss wara li l-Papa Franġisku laqa’ r-riżenja ta’ tlett isqfijiet li ħadmu fi ħdan il-Knisja Ċilena.

Jakkumpanja lill-Isqof Scicluna tul din iż-żjara hemm il-mibgħut tal-Papa, Jordi Bertomeu. Huma ser jisimgħu x-xhieda ta’ vittmi ta’ abbuż sesswali u se jagħtu pariri dwar kif  id-djoċesi Ċilena għandha tilqa’ vittmi oħra li jersqu lejha bi stejjer ġodda ta’ abbuż.

Scicluna u Bertomeu mistennija jiltaqgħu ma’ esperti fil-ligi kanonika li se jipprovdu “assistenza teknika u legali” lir-reliġjużi involuti fil-każi.

Barra minn hekk huma se jżuru wkoll Osorno, id-djoċesi mmexxijja mill-isqof Juan Barros, li kien wieħed mit-tlett isqfijiet li rriżenjaw.  Flimkien ma’ oħrajn, hu qed jiġi akkużat mill-vittmi li injora u għatta għal snin twal, stejjer ta’ abbuż mis-saċerdot pedoflu Fernando Karadima fis-snin 80 u 90. Karadima kien ġie sospiż għal għomru mill-Vatikan.

Il-Papa Franġisku kien ħatar lil Barros ta’ 61 sena, bħala isqof ta’ Osorno fl-2015 meta ġa kienu saru allegazzjonijiet b’saħħithom dwaru.

F’ittra lill-poplu Ċilen ix-xahar li għadda, il-Papa esprima l-mistħija tal-Knisja Nisranija li falliet milli tisma u taġixxi fi żmien xieraq għall-allegazzjonijiet dwar abbużi sesswali minn membri tal-Knisja Ċilena.

Scicluna u Bertameu kienu ġa żaru ċ-Ċili fi Frar, meta iltaqgħu mal-vittmi u investigaw il-każi.  Fir-rapport tagħhom lil Ruma, huma tkellmu dwar il-kultura ta’ abbuż li teżisti fil-Knisja Ċilena.

Mis-sena 2000 s’issa saru mat-80 rapport ta’ abbużi sesswali minn vittmi ta’ saċerdoti Kattoliċi lill-awtoritajiet taċ-Ċili.

The post L-Arċisqof Charles J. Scicluna fi żjara fiċ-Ċili appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here