Home Net News Il-Ministru Konrad Mizzi jiġġustifika t-titjiriet kanċellati jew li ttardjaw

Il-Ministru Konrad Mizzi jiġġustifika t-titjiriet kanċellati jew li ttardjaw

11
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministru Konrad Mizzi l-Erbgħa filgħodu baqa’ jipprova jiġġustifika n-nuqqasijiet tal-linja nazzjonali tal-ajru li lanqas biss għandha biżżejjed ajruplani biex taqdi r-rotot tagħha.

Mistoqsi mill-ġurnalisti, Konrad Mizzi pprova jxejjen il-problema billi qal li t-titjiriet li tħassru huma biss ftit.

Dan minkejja li fi ftit jiem, l-Air Malta ħassret mat-tmien titjiriet. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet biss biss kien hemm għaxar titjiriet li jew tħassru inkella ttardjaw bil-konsegwenza li mijiet ta’ persuni ġew affettwati.

Hu skuża dak li qed iseħħ billi qal li dan hu kawża tat-tkabbir li fl-aħħar xhur kienu hu stess li tant ftaħar bih iżda issa hu evidenti li l-linja tal-ajru ma kinitx lesta għalih.

Meta l-Ministru beda jħossu skomdu, imbagħad ippruvat twaqqaf lill-ġurnalisti l-assistenta tiegħu, Janice Bartolo.

The post Il-Ministru Konrad Mizzi jiġġustifika t-titjiriet kanċellati jew li ttardjaw appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here