Home One News Il-Gvern iwieġeb għall-akkużi ta’ Ministru Taljan

Il-Gvern iwieġeb għall-akkużi ta’ Ministru Taljan

2
0
SHARE
Advertisement

Botta u risposta bejn il-Ministru għall-Infrastruttura Taljan Danilo Toninelli u l-Gvern Malti.

Il-Ministru Taljan qal li jekk Malta mhix kapaċi tmexxi ż-żona marittima tagħha u tirripsetta l-obbligazzjonijiet tagħha, għandha terħi parti minnha flimkien mal-ħlasijiet li titħallas għaliha.

B’reazzjoni għal dan, il-Gvern qal li din id-dikjarazzjoni m’għandha l-ebda bażi legali jew politika, u li sfortunatament turi biss li l-Ministru Taljan jew ma jafx x’inhu jgħid, jew irid iqajjem kontroversja bla bżonn.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li Malta dejjem onorat l-obbligi internazzjonali tagħha fiż-żona ta’ tiftix u s-Salvataġġ. Ingħad li fl-aħħar snin, Malta investiet miljuni biex ittejjeb l-apparat f’dan il-qasam u għandha l-metodi kollha neċessarji biex tikkordina kull operazzjoni ta’ salvataġġ fiż-żona tagħha.

Filfatt, fl-aħħar snin Malta qatt ma injorat każ wieħed ta’ tiftix u salvataġġ fiż-żona tagħha. Dan waqt li l-Gvern Malti ma jirċievi ebda fondi biex jagħmel dan, u huwa servizz li jingħata mill-istat bla ma jdaħħal ebda ħlas.

Il-Gvern Malti temm jgħdi li l-istqarrija tal-Ministru Taljan tidher li m’għandha xejn x’taqsam ma’ kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni, iżda relatata biss ma’ teritorju tal-baħar.

Intant, illejla l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu telefonata mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, fejn dan tal-aħħar innota kif fil-każ Aquarius, Malta ġabet ruħha skont ir-regoli internazzjonali.

Minn naħa tiegħu, il-Prim Ministru Malti spjega kif minkejja stqarrijiet inaċċettabbli mill-Ministru Taljan iktar kmieni llum, jittama li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi terġa’ lura għan-normal.

Fl-istess waqt, il-Prim Ministru Malti u l-President tal-Kummissjoni Ewropea ddiskutew proposti tal-Kummissjoni dwar il-migrazzjoni, u l-passi li jmiss jittieħdu.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here