Home Net News Iktar importanza lejn il-valuri tal-isport milli lir-rebħiet akkost ta’ kollox

Iktar importanza lejn il-valuri tal-isport milli lir-rebħiet akkost ta’ kollox

15
0
SHARE
Advertisement

– Ryan Callus,PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-player internazzjonali Malti Andrè Schembri jagħti iktar importanza lejn il-valuri tal-isport milli lir-rebħiet akkost ta’ kollox, huwa evidenti għal darb’oħra meta jikteb “trid iżżomm f’moħħok li l-ewwel interess hu l-iżvilupp tat-tfal mhux kemm tirbaħ logħbiet”. It-tentazzjoni hija kbira li nitfgħu għajnejna lejn il-premju biex nuru kemm aħna l-aqwa, iżda l-isport jista’ jiġi apprezzat iktar fit-telf, għaliex dakinhar tkun tgħallimt fejn żbaljajt.

Fl-Aġġornament Ryan Callus qal li Andrè Schembri jiddeskrivi kif rari tilef logħba tat-tim nazzjonali meta kien żgħir u jitkellem b’għafsa ta’ qalb kif osserva s-sapport lejn it-tim nazzjonali dejjem jonqos. Dan jista’ jkun minħabba d-diżappunti fir-riżultati miksuba, iżda s-sapport jista’ jagħmel differenza lit-tim li jkun qed jilgħab. Fil-logħba bejn Malta u t-Turkija li nzertat fit-8 ta’ Settembru 2007 – il-jum li fih il-Kavallieri bis-sehem tal-Maltin rebħu fuq it-Torok fl-Assedju l-Kbir – twieled sapport ġdid ghat-tim nazzjonali; is-South End Core.

Andrè Schembri jiddeskrivi kemm huwa diżappuntanti li l-Maltin jiġu bi ħġarhom jaraw lit-tim nazzjonali meta jilghabu biss kontra l-Italja jew l-Ingilterra u dakinhar, ftit jkunu li jżommu mat-tim ta’ pajjiżhom. Dan huwa minnu gġaliex esperjenzajtu meta mort nara dawn il-loghbiet. Bħala Malti ta’ veru, Andrè Schemrbi jqis il-loghob tat-tim nazzjonali bħala mument meta l-pajjiż jingħaqad f’daqqa.

Bla dubju, l-ikbar sehem ta’ Andrè Scehmbri lejn it-tim nazzjonali kien id-doppjetta fil-logħba ta’ Malta kontra l-Ungerija, fejn in-nazzjonal reġa’ rebaħ ghall-ewwel darba wara 13-il sena! Minn dakinhar bdew jaslulu opportunitajiet barra minn Malta.

Ryan Callus kompla li hekk kif kienqed naqra l-ktieb, toħroġ fil-beraħ il-perseveranza u d-determinazzjoni ta’ Andrè. Sa mill-bidu, dam kemmxejn biex issejjaħ biex jilgħab mat-tim nazzjonali. Imbagħad jiddeskrivi kif hekk kif ikun ser jispiċċa l-istaġun, ikollu seba’ mitt sena sakemm isib klabb għall-istaġun il-ġdid. Darba għax il-klabb li kien fih spiċċa relegat minħabba akkużi ta’ korruzzjoni, oħra ghaliex ried javvanza għal kampjonat ogħla u darb’oħra għaliex xtaq imur l-Italja – il-pajjiż tal-ħolm tiegħu għal-loghba tal-ballun. Però ma jaqta’ qalbu qatt, minkejja s-solitudni.

Ryan Callus sostna li l-kobor ta’ dan il-plejer Malti joħroġ fil-biografija tal-plejer ta’ fama mondjali, it-Taljan Pirlo. Pirlo jiddeskrivi kif fil-logħba ta’ Malta kontra l-Italja f’Modena, Schembri mmarkah tant sew li ma ħallihx jagħmel azzjoni. Din frustrat lil Pirlo u b’hekk Schembri rnexxielu jilħaq l-iskop tat-tim nazzjonali.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li laqtitu l-istorja meta Schembri ċeda l-faxxa ta’ captain lil Gareth Sciberras. Minkejja li Schembri kien bid-dritt li jkun il-kaptan tal-iskwadra għaliex kien l-iktar wieħed li lagħab mat-tim nazzjonali, fl-aħħar logħba ta’ Gareth Sciberras ċedihielu. B’dan il-gest, Schembri seta’ deher inferjuri għall-partitarji għaliex il-captain dejjem jispikka, iżda żgur ħareġ ta’ raġel ma’ sħabu.

Ryan Callus sostna li mill-ktieb li qara, Schembri jgħallimna ħafna fuq kif nistgħu ntejbu l-futbol Malti. L-ewwel jeħtieġ akkademja għat-tfal ta’ 13-il sena biex jinqabdu ta’ età żgħira. Fil-fatt, Andrè jirrikonoxxi li kieku kellu jerġa’ jibda mill-bidu, kien jitlaq jilgħab ma’ klabbs barranin ta’ età iżgħar għaliex b’hekk seta’ jasal f’kampjonati ta’ livelli ogħla. Il-proposta tal-akkademja għandha tinkludi wkoll boarding school biex it-tfal jidraw jgħixu waħedihom qabel jitilqu għal ma’ klabbs barranin. Jgħid ukoll li l-plejers man-nazzjonal għandhom ikunu full-time mhux imorru għat-taħriġ għajjenin wara ġurnata xogħol.

L-ikbar tagħlima li hadt minn dan il-ktieb huwa meta Schembri jpoġġi lill-qarrej Malti f’pożizzjoni li timlih bit-tama. Jġib l-eżempju tal-Iżlanda; pajjiż li għalkemm ikbar minna, iżda għandu popolazzjoni iżgħar minn tagħna. L-Iżlanda kisret ir-rekord din is-sena meta rnexxielha ssib posta fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018 bħala l-pajjiz bl-iżghar popolazzjoni li qatt rnexxielu jikkwalifika.

Għal Andrè s-sigriet huwa wiehed; l-Iżlanda għandha mal-100 plejer jilgħab barra ‘il pajjiż. Dan ifisser li s-sistema Maltija trid tiffaċilita lill-plejers Maltin jitħallew imorru jilgħabu ma’ klabbs barranin u dawk li jilgħabu man-nazzjonal għandhom jiġu mħeġġa jkunu ma’ klabb barranin. Din hija l-istorja tas-suċċess tal-Iżlanda. Madankollu nifhem li mhux faċli għall-plejers Malti li jkunu ngaġġati ma’ klabbs barranin. L-aġenti tal-plejers ġieli qalu lil Andre li “diffiċli tirnexxi f’kampjonati barranin b’passport Malti”. Iżda jeħtieġ id-determinazzjoni u l-perseveranza li kellu Andrè Schembri biex naslu. Bħalma wasal hu, jaslu oħrajn.

Ix-xewqa ta’ Andre Schembri hi li xi darba jara lit-tim nazzjonali Malti jikkwalifika għal tazza Ewropea jew Dinjija. Illum tidher xi ħaga impossibli, iżda jekk irnexxielha l-Iżlanda, m’għandux għaliex ma jirnexxilniex aħna. L-iskuża li aħna żgħar m’għadix tgħodd! sostna Ryan Callus.

The post Iktar importanza lejn il-valuri tal-isport milli lir-rebħiet akkost ta’ kollox appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here