Home One News Erba’ persuni l-isptar wara ħabta fir-Rabat

Erba’ persuni l-isptar wara ħabta fir-Rabat

10
0
SHARE
Advertisement

Erba’ persuni ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’ħabta fir-Rabat. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:15 fi Triq Valletta fir-Rabat meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn vettura tat-tip Dodge Caliber misjuqa minn raġel u li miegħu kellu tifel, u vettura tat-tip Citroen misjuqa minn mara u li magħha kellha passiġġiera tfajla ta’ 18-il sena.

Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi fejn ħadu lill-erba’ persuni involuti fl-inċident l-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

 

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here