Home Net News Ekonomija li qed tikber bil-popolazzjoni flok bil-produzzjoni

Ekonomija li qed tikber bil-popolazzjoni flok bil-produzzjoni

10
0
SHARE
Advertisement

L-inflazzjoni qawwija li qed ibatu n-nies fil-kera u fil-prezzijiet tad-djar hija riżultat ta’ ekonomija li qed tikber biż-żieda fil-popolazzjoni u mhux fil-produzzjoni.

Dan qalitu Kristy Debono, kelliema ghall-ekonomija waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn innutat li ż-żiediet fil-prezzijiet tal-kera u tal-propjeta residenzjali huma riżultat dirett tan-nuqqas ta’ pjanar fit-tul mill-gvern, li naqas li jagħmel studju serju fuq l-impatt taż-żieda fil-ħaddiema barranin.

Din iż-żieda se jkollha effett fuq il-kirjiet, il-pagi l-infrastruttura u l-ambjent. Dan fid-dawl li l-ħaddiema barranin qed jiżdiedu b’10,000 fis-sena u meta l-gvern qed jippjana li jdaħħal 40,000 ħaddiem ieħor – deciżjoni li se twassal għal żieda ta’ 90,000 ħaddiem fi spazju ta’ disa’ snin, mingħajr ma sar studju dwar l-impatt li dan se jħalli fuq il-pajjiż.

Il-Kelliem għall-akkomodazzjoni soċjali Ivan Bartolo irrefera għall-impatt soċjali li qed jinħass u għan numru ta’ niex jiżdiedu li qed jgħixu f’akkomodazzjoni mhux adegwata fosthom f’garaxxijiet mingħajr servizzi bażiċi.

Huwa semma wkoll statistika tal-Eurostat li qed turi li wieħed minn kull għaxra f’Malta qed jaqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kera jew ta’ self mal-banek.  Huwa qal li 20% tal-Maltin issa qed jgħixu fi propjeta mikrija u għahekk mhumiex sidien ta’ darhom.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li kemm jista jkun il-Maltin u l-Għawdxin għandhom ikum sidien ta’ djarhom u kien bena diversi proġetti ta’ housing filwaqt li gvern laburitsta għadu m’għamilx proġett wieħed ta’ housing.

Sadattant fl-aħħar sigħat il-Federazzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà wissiet li jekk minkejja li l-gvern irid iġib 60,000 ħaddiem barrani f’sena, ma ħasibx fejn se joqgħodu.

L-istess Federazzjoni wissiet għexieren ta’ eluf ta’ Maltin u barranin fis-snin li ġejjin qed jirriskjaw li jinħarġu mir-residenzi li jikru għax ma jibqgħux jifilħu jħallsu l-kera.

The post Ekonomija li qed tikber bil-popolazzjoni flok bil-produzzjoni appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here