Home Newsbook Akkużat li pprova jaħraq mara; jingħata libertà proviżorja

Akkużat li pprova jaħraq mara; jingħata libertà proviżorja

8
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 27 sena li qed jiġi akkużat li pprova jaħraq mara waqt li kienet f’karozza mat-tifel tagħha ngħata l-ħelsien mill-arrest.

Ir-raġel qed jiġi akkużat li f’Lulju tal-2017 tefa’ l-fjuwil fuq il-karozza misjuqa minn oħt is-sieħba tiegħu. Tefa’ xi fjuwil fuq il-mara wkoll li kienet bilqiegħda fil-karozza mat-tifel tagħha.

Meta l-mara ppruvat taħrab, ir-raġel rabat katina ma’ għonqha u beda jheddida li se jaħraqha b’lighter.

Illum il-Qorti ordnat il-libertà proviżorja tar-raġel fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €50,000. Se jkollu jiffirma l-ktieb tal-libertà proviżorja kuljum.

The post Akkużat li pprova jaħraq mara; jingħata libertà proviżorja appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here