Home Net News 3 jittieħdu l-isptar wara inċident tat-traffiku fit-Telgħa tas-Saqqajja

3 jittieħdu l-isptar wara inċident tat-traffiku fit-Telgħa tas-Saqqajja

8
0
SHARE
Advertisement

3 persuni kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei, fosthom omm u iben, wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ fit-Telgħa tas-Saqqajja meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn vettura tat-tip Dodge Caliber u karozza tal-għamla Citroen Picasso.

Fuq il-post ġew msejħa minnufih żewġ ambulanzi li ħadu lill-vittmi l-isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tal-vittmi għadha mhux magħrufa.


 

The post 3 jittieħdu l-isptar wara inċident tat-traffiku fit-Telgħa tas-Saqqajja appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here