Home One News L-Awtorità tax-xandir twieġeb bil-fatti f’idejha

L-Awtorità tax-xandir twieġeb bil-fatti f’idejha

8
0
SHARE
Advertisement

L-Awtorità tax-Xandir wieġbet għall-fatti skoretti miktuba f’rapport li għamlet l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.

Din l-organizazzjoni tħares ukoll il-proċessi elettorali madwar id-dinja u f’rapport li ħejjiet dwar l-elezzjoni ġenerali f’Malta tas-sena l-oħra, akkużat lill-Awtorità tax-Xandir Maltija li kienet passiva tul il-kampanja elettorali.

Madankollu permezz ta’ ittra mibgħuta lill-istess organizzazzjoni u lil midja, l-Awtorità tax-Xandir uriet biċ-ċar li għal kuntrarju ta’ dak li ntqal hija kellha rwol attiv ħafna biex tħares li jkun hemm bilanċ fuq il-mezzi tax-xandir waqt il-kampanja elettorali.

F’rapport li ħejjiet il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir, Dr. Joanna Spiteri saru diversi osservazzjonijiet bażiċi li ġew rapurtati b’mod żbaljat mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa.

Fost l-oħrajn f’Malta hawn għaxar stazzjonijiet tat-televiżjoni u mhux sebgħa kif rappurtat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali.

Il-Kap Eżekuttiv wieġeb ukoll dwar l-akkuża li għamlet l-Organizzazzjoni li skontha matul il-kampanja elettorali li għaddiet ma ġew imposti l-ebda multi fil-konfront ta’ xi mezz tax-xandir.

Hawnhekk l-Awtorità tax-Xandir qalet li dan mhux minnu u kif jixhed dokument li bagħtet l-istess Awtorità, multi minħabba nuqqas ta’ bilanċ ġew imposti fuq stazzjonijiet politiċi.

L-Awtorità tax-Xandir żiedet tgħid li matul il-kampanja elettorali li għaddiet, kif dejjem għamlet, kellha diskussjonijiet mal-istazzjonijiet biex kulħadd jobdi d-direttivi favur bilanċ assolut.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here