Mill-anqas persuna waħda weġġgħet f’inċident tat-traffiku li seħħ dalgħodu fit-triq ewlenija li twassal lejn is-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għas-7.05am u fih kienu nvoluti żewġ karozzi, li ħabtu ‘head-on’.
Għalkemm aktar dettalji għadhom qed jaslulna, jidher li mill-anqas persuna waħda weġġgħet, bil-kundizzjoni tal-persuni s’issa għadha mhix magħrufa.
Minbarra l-Pulizija u tim mediku b’Ambulanza, fil-post waslu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, hekk kif hu mifhum li dawn kellhom jgħinu biex xi persuna jew persuni involuti jinħarġu mill-vetturi rispettivi.
Aktar dettalji għadhom qed jaslulna …
The post Inċident ‘head-on’ fit-triq ewlenija li twassal lejn is-Siġġiewi appeared first on NETnews.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News